Elezzjoni Ġenerali 2017 - Nomini ta' Kandidati

Tags: General Election 2017

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI 

 

Elezzjoni Ġenerali – 3 ta’ Ġunju, 2017

 

Nomini ta’ Kandidati

 

Il-Kummissjonarji Elettorali javżaw illi huma ser ikunu fl-Uffiċċju tagħhom fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar, biex jirċievu nomini ta’ kandidati għall-elezzjoni bħala Membri tal-Kamra tad-Deputati mid-9.00 a.m. sas-1.00 p.m.  u  mit-3.00 p.m. sas-7.00 p.m.,  nhar il-Ħamis il-11, l-Ġimgħa t-12 u s-Sibt it-13 ta’ Mejju, 2017.    Il-kandidati huma avżati li jridu jipprezentaw  il-karta tal-identita’ tagħhom u li l-parti ta’ fuq tal-formola tan-nomina għandu jkollha d-dettalji tal-kandidat skont kif jidhru fir-reġistru elettorali li se jkun ippubblikat fis-6 ta’ Mejju, 2017.   F’każ li l-formola tan-nomina tiġi ppreżentata mir-rappreżentant tal-kandidat, ir-rappreżentant għandu jġib prokura mill-kandidat li tkun speċifika u awtentikata minn nutar pubbliku.

 

Il-formoli ta’ applikazzjoni għan-nomini ta’ kandidati jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali mil-lum u matul il-ġranet tan-nomini fil-ħinijiet imsemmija.

 

Oġġezzjonijiet għan-nomini jintlaqgħu ukoll fl-imsemmi Uffiċċju mill-Kummissjonarji,  fil-ġranet u matul il-ħinijiet speċifikati għan-nomini kif ukoll nhar il-Ħadd l-14 u t-Tnejn l-15 ta’ Mejju, 2017,  fl-istess ħinijiet.

 

www.electoral.gov.mt

 

 

5 ta’ Mejju, 2017