Pubblikazzjoni ta' avviżi fil-Gazetta tal-Gvern ta' numri ġodda ta' bibien
STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA
Is-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Indirizzi fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali tavża lir-residenti ta’:
Triq l-Amfora, Triq l-Għansar u Triq Sir Temi Zammit, L-Imġarr
Triq Ta’ Masrija, Il-Mellieħa
Fuq il-Ġonna, Triq l-Oleandru, Triq il-Palm, Triq is-Sajjieda, Triq is-Sur Fons,
Triq it-Tamal u Triq iż-Żebbuġ, San Ġiljan
li l-bibien f’dawn it-toroq ingħataw uffiċjalment numri ġodda. L-avviż ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tat-30 ta’ Ġunju, 2017, u jidher ukoll fil-websajt tal-Kummissjoni Elettorali (www.electoral.gov.mt) taħt is-sezzjoni Pubblikazzjonijiet. Ir-residenti huma mfakkra li huma fl-obbligu tal-liġi li jwaħħlu n-numri l-ġodda u jneħħu n-numri l-qodma sa għaxart ijiem mit-30 ta’ Ġunju, 2017.
3 ta’ Lulju, 2017