Elezzjoni Ġenerali 2017 - talba biex jinġabar id-dokument għall-votazzjoni minn Malta jew Għawdex
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
Elezzjoni Ġenerali – 3 ta’ Ġunju, 2017
Il-Kummissjoni Elettorali tavża lill-votanti li huma rreġistrati Għawdex u jixtiequ li jiġbru d-dokument għall-votazzjoni tagħhom minn Malta u, viċe versa, minn votanti li huma rreġistrati Malta u jixtiequ li jiġbru d-dokument għall-votazzjoni tagħhom minn Għawdex li għandhom jagħmlu t-talba bil-miktub tagħhom malajr kemm jista' jkun u sa mhux aktar tard mis-2.00 p.m. tal-Ħamis, 11 ta' Mejju, 2017.
Importanti ħafna li t-talba ssir fuq bażi personali jew permezz ta' email fuq [email protected] jew permezz ta' formola, liema formola tista' tintbagħat jew b'mod personali jew permezz ta' kwalunkwe indirizz ta' email.
Id-dokumenti f’Malta jinġabru mill-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar u dawk f’Għawdex mill-Uffiċċju tal-Karta tal-Identita’ fir-Rabat, Għawdex. Id-dati tal-ġbir ikunu mid-29 ta’ Mejju sal-1 ta’ Ġunju, 2017.
www.electoral.gov.mt
3 ta’ Mejju, 2017