Elezzjoni Ġenerali 2017 - Votanti li se jsiefru fil-jum tal-votazzjoni

Tags: General Election 2017

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
 

ELEZZJONI ĠENERALI – 3 TA’ ĠUNJU, 2017

 

Votanti li se jsiefru fil-jum tal-votazzjoni

 

Il-Kummissjoni Elettorali tavża li nhar jum il-votazzjoni, is-Sibt, 3 ta’ Ġunju, 2017, ser tingħata l-faċilita’ lill-votanti li jkunu ser isiefru f’dan il-jum stess biex jaqbzu l-kju.  Dawn il-persuni għandhom jieħdu magħhom prova dokumentata tas-safar u juruha lill-pulizija inkarigat fiċ-ċentru tal-votazzjoni.

 

www.electoral.gov.mt

 

2 ta’ Ġunju, 2017