Elezzjoni Każwali għall-Kunsill Lokali tax-Xagħra - nomini ta' kandidati

Tags: Local Council Casual Election

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

 

Elezzjoni Każwali għall-Kunsill Lokali tax-Xagħra

 

Nomini ta’ Kandidati

 

Il-Kummissjoni Elettorali tavża illi se tirċievi n-nomini tal-kandidati għall-Elezzjoni Każwali biex jimtela l-post ta’ Kunsillier għall-Kunsill Lokali tax-Xagħra wara r-riżenja tal-Kunsillier Christian Joseph Zammit, sa nhar il-Ġimgħa, 5 ta’ Mejju, 2023 f’nofsinhar.

 

Il-kandidati jistgħu jissottomettu n-nomina tagħhom personalment fl-Uffiċċju Elettorali, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex, bejn l-10:00 ta’ filgħodu u nofsinhar minn nhar l-Erbgħa, 3 ta’ Mejju sal-Ġimgħa 5 ta’ Mejju, 2023, jew  onlajn permezz tal-link https://electoral.gov.mt/nominations minn nhar l-Erbgħa 3 ta’ Mejju 2023 fl-10:00 ta’ filgħodu sa nofsinhar tal-Ġimgħa, 5 ta’ Mejju 2023.

 

Il-Kummissjoni Elettorali tavża wkoll li se tkun qed tivverfika l-validità tal-kandidatura/i sottomessi, bejn nofsinhar tal-Ġimgħa, 5 ta’ Mejju 2023 u nofsinhar tat-Tnejn 8 ta’ Mejju 2023.

Il-kandidati prospettivi huma avżati li qabel ma jippreżentaw il-kandidatura tagħhom għandhom jiżguraw li kull parti tal-formola tan-nomina tkun mimlija kompletament u korrettament u li jridu jippreżentaw il-Karta tal-Identità tagħhom meta qed jippreżentaw in-nomina tagħhom. F’każ li l-formola tan-nomina tkun se tiġi ppreżentata mir-rappreżentant tal-kandidat minħabba raġuni ta’ mard jew safar, ir-rappreżentant għandu jissottometti prokura mill-kandidat li tkun speċifika għal dan il-għan u awtentikata minn nutar pubbliku. Ma’ kull nomina għandu jsir depożitu ta’ €90. 

Il-formoli tan-nomini tal-kandidati prospettivi jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali matul il-ġranet tan-nomini jew onlajn permezz tal-link: https://electoral.gov.mt/Elections

 

2 ta’ Mejju, 2023