Pubblikazzjoni ta' avviżi fil-Gazzetta tal-Gvern ta' numri ġodda ta' bibien

Tags: Address Management Unit

STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

 

Is-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Indirizzi fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali tavża lir-residenti ta’:

 

Triq l-Għannejja, Triq l-Għasfura, Sqaq Nru 1, Triq l-Għasfura, Sqaq Nru 2, Triq il-Ħofra, Triq il-Poeżija, Triq is-Siġġiewi, Sqaq Nru 1, Triq is-Siġġiewi, Sqaq Nru 2, Triq is-Siġġiewi, Sqaq Nru 3, Triq is-Siġġiewi, Sqaq Nru 4,  Triq is-Siġġiewi, Sqaq Nru 5, Triq is-Siġġiewi, Sqaq Nru 6 u Triq is-Siġġiewi, Sqaq Nru 7, Ħaż-Żebbuġ, Malta

 

li l-bibien f’dawn it-toroq ingħataw uffiċjalment numri ġodda.  L-avviż ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tad-29 ta’ April, 2022, u jidher ukoll fil-websajt tal-Kummissjoni Elettorali (www.electoral.gov.mt) taħt is-sezzjoni Pubblikazzjonijiet.  Ir-residenti huma mfakkra li huma fl-obbligu tal-liġi li jwaħħlu n-numri l-ġodda u jneħħu n-numri l-qodma sa tletin jum kalendarju mid-29 ta’ April, 2022.

 

2 ta’ Mejju, 2022