Elezzjoni Ġenerali 2017 - Ħatra ta' Assistenti Kummissjonarji Elettorali, persuni li jgħoddu, jissorveljaw u jikkalkolaw

Tags: General Election 2017

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

 

Elezzjoni Ġenerali 2017
 

Ħatra ta’ Assistenti Kummissjonarji Elettorali, persuni li jgħoddu, jissorveljaw u jikkalkolaw

Il-Kummissjoni Elettorali tavża li ser tilqa’ applikazzjonijiet mingħand persuni eliġibbli sabiex iservu bħala Assistenti Kummissjonarji Elettorali jew bħala persuni li jgħoddu, persuni li jissorveljaw u persuni li jikkalkolaw għal waqt l-għadd tal-voti fl-Elezzjoni Ġenerali li se ssir is-Sibt, 3 ta’ Ġunju, 2017.  Min japplika jrid ikun dispost li jattendi sessjonijiet ta’ struzzjonijiet mill-Kummissjoni Elettorali.

L-applikazzjonijiet fuq il-formoli preskritti jintlaqgħu mill-Kummissjoni Elettorali fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti (Ex-Trade Fair Grounds) fin-Naxxar nhar l-Erbgħa t-3, il-Ħamis 4 u l-Ġimgħa 5 ta’ Mejju bejn it-3.00 pm u t-8.00 pm u nhar is-Sibt 6 ta’ Mejju bejn it-8.00 am u s-1.00 pm.  L-applikanti għandhom jippreżentaw il-karta tal-identita’.  Persuni Għawdxin jistgħu japplikaw fl-Uffiċċju tal-Karta tal-Identita’, 28A, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex.  Il-formoli tal-applikazzjonijiet, li huma dawk biss aċċettabbli, jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju Elettorali fil-Kumpless tal-Għadd tal-voti fin-Naxxar fl-istess ġranet u ħinijiet jew mill-website tal-Kummissjoni Elettorali https://electoral.gov.mt/Elections/ApplicationFormsMT

 

www.electoral.gov.mt

 

 

2 ta’ Mejju, 2017