Elezzjoni kazwali għall-Membru Parlamentari fis-Seba' Distrett Elettorali
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
ELEZZJONI KAŻWALI GĦALL-MEMBRU PARLAMENTARI FIS-SEBA’ DISTRETT ELETTORALI
Elezzjoni Każwali fis-Seba’ Distrett Elettorali biex jimtela l-post ta’ Membru Parlamentari wara r-riżenja tal-Onor. Edward Scicluna.
Il-Kummissjoni Elettorali jgħarrfu li sal-aħħar jum ipprovdut għan-nominazzjonijiet, ġew ippreżentati tliet nomini għall-elezzjoni każwali tal-Membru Parlamentari.
Azzopardi Charles, Gulia Gavin u Pullicino Orlando Jeffrey
Total ta’nomini ppreżentata: 3
Il-Kummissjoni Elettorali tgħarraf illi l-Għadd tal-voti tal-Elezzjoni Każwali biex jimtela l-post vakant mill-Onor. Edward Scicluna ser issir it-Tlieta, 12 ta’ Jannar, 2021, fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti, in-Naxxar. L-Għadd tal-Voti se jibda’ fit-8.30 ta’ filgħodu.
9 ta’ Jannar, 2021