Laqgħat għall-Assistenti Kummissjonarji Elettorali

Tags: Elections 2019

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

 

ELEZZJONIJIET GĦALL-PARLAMENT EWROPEW U GĦALL-KUNSILLI LOKALI – 25 TA’ MEJJU, 2019

 

Laqgħat għall-Assistenti Kummissjonarji Elettorali

Il-Kummissjoni Elettorali tgħarraf lil dawk il-persuni li ġew maħtura bħala Assistenti Kummissjonarji Elettorali, Riservi u Polling Place Officers għall-Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsilli Lokali li huma għandhom jattendu għall-sessjoni ta’ ‘briefing’ skont kif indikat fl-iskeda li tinsab ma’ dan l-Avviż.

 

L-Assistenti Kummissjonarji Elettorali, Riservi u Polling Place Officers huma mitluba sabiex jattendu fil-ġurnata u l-ħin kif speċifikat għalihom sabiex ikunu jistgħu jieħdu direttivi mill-Kummissjoni Elettorali u jagħmlu xi mistoqsijiet li jista’ jkollhom.

 

L-Assistenti Kummissjonarji Elettorali, Riservi u Polling Place Officers għandhom iġibu magħhom il-ktejjeb tal-istruzzjonijiet flimkien mal-materjal li ntbagħtilhom mill-Kummissjoni Elettorali. Dawn l-uffiċjali huma avżati li għandhom jiffamiljarizzaw rwieħhom sewwa mal-istruzzjonijiet tal-ktejjeb imsemmi.

 

 

www.electoral.gov.mt

 

 

7 ta’ Mejju, 2019

 

Data

Ħin

Post

Nri. tal-Kmamar tal-votazzjoni

Is-Sibt 11 ta’ Mejju, 2019

8:30

Malta Fairs & Convention Centre – Ta’ Qali (MFCC);

Dħul minn faċċata tal-Millennium Stand

1-150, 801-813, 901-939,

Riservi V-Z

Is-Sibt 11 ta’ Mejju, 2019

14:00

Kumpless tal-Għadd tal-Voti, In-Naxxar

Polling Place Officers

It-Tnejn 13 ta’ Mejju, 2019

17:30

Malta Fairs & Convention Centre – Ta’ Qali (MFCC);

Dħul minn faċċata tal- Millennium Stand

151-350,

1001-1013, 1101-1113,

1201-1213, 1301-1313,

1401-1413, 1501, 1601

Riservi S-U

It-Tlieta 14 ta’ Mejju, 2019

17:30

Malta Fairs & Convention Centre – Ta’ Qali (MFCC);

Dħul minn faċċata tal- Millennium Stand

351-550,

Riservi G-R

L-Erbgħa 15 ta’ Mejju, 2019

14:30

Gozo College, Triq l-Ewropa, Rabat (Għ)

Assistenti Kummissjonarji Elettorali reġistrati fuq Għawdex

Il-Ħamis 16 ta’ Mejju, 2019

17:30

Malta Fairs & Convention Centre – Ta’ Qali (MFCC);

Dħul minn faċċata tal- Millennium Stand

551-726

Riservi A-F