Stqarrija għall-Istampa - Ħatra tal-Kummissjoni Elettorali

Tags: Press Release

STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

ĦATRA TAL-KUMMISSJONI ELETTORALI

 

L-Avukat Ġenerali ta l-ġuramenti ta’ Lealta’ lejn il-Kostituzzjoni u l-ġuramenti tal-Kariga Iit-tmien membri tal-Kummissjoni Elettorali, li nħatru mill-President ta’ Malta. In-notifika tal-ħatra tagħhom dehret fil-Gazetta tal-Gvern tal-31 ta’ Awwissu, 2018.

 

Il-Kummissjonarji huma s-Sur Mario Callus, Dott. Noel Cutajar, is-Sur Paul Sammut, is-Sur Salvu Sant, Dott. Victor Scerri, is-Sur Joseph Scicluna, Dott. Raymond Zammit u Dott. Joseph Zammit Maempel.  Il-ħatra tagħhom hi għal tliet snin b’seħħ mit-30 ta’ Awwissu, 2018, taħt iċ-chairmanship tal-Kummissjonarju Elettorali Prinċipali, is-Sur Joseph Church.  Is-Segretarju tal-Kummissjoni Elettorali huwa s-Sur George Saliba.