Elezzjoni Każwali għal Membru Parlamentari

Tags: General Election Casual Election, General Election 2017

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

 

ELEZZJONI KAŻWALI GĦAL MEMBRU PARLAMENTARI

Elezzjoni Każwali fis-seba’ distrett elettorali biex jimtela l-post ta’ Membru Parlamentari wara r-riżenja tal-Onor. Jean Pierre Debono.

Il-Kummissjonarji Elettorali jgħarrfu li sal-aħħar jum ipprovdut għan-nominazzjonijiet, għall-elezzjoni każwali tal-Membru Parlamentari, nomini li ġew ippreżentati t-Tlieta 26, l-Erbgħa 27, il-Ħamis 28, il-Ġimgħa 29 u s-Sibt 30 ta’ Settembru huma dawn:

Abela Sam

Borg Antoine Joseph

Borg Dounia

Bugeja Bartolo Lee Mario k/a Lee

Micallef Peter

Vassallo David

Vassallo Ian Mario

Total ta’ nomini ppreżentati: 7

Il-Kummissjoni Elettorali tgħarraf illi l-Għadd tal-voti tal-Elezzjoni Każwali biex jimtela l-post vakant mill-Onor. Jean Pierre Debono ser issir it-Tlieta 3 ta' Ottubru 2017, fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti, in-Naxxar. L-Għadd tal-Voti se jibda’ fid- 9 ta’ filgħodu.

 

www.electoral.gov.mt

 

30 ta’ Settembru 2017