qtugħ ta' ismijiet rreġistrati bħala votanti fir-Reġistri Elettorali tal-K.L. u tal-P.E.
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
Il-Kummissjoni Elettorali tinforma lill-pubbliku illi bis-saħħa ta’ Att XI tal-2019, bdiet il-proċess biex taqta’ ismijiet ta’ persuni rreġistrati bħala votanti fir-Reġistri Elettorali tal-Kunsilli Lokali u tal-Parlament Ewropew minħabba li tilfu l-kwalifika li jibqgħu hekk irreġistrati. Għaldaqstant f’dawn il-ġranet ntbagħtu ittri lil dawn il-persuni fl-indirizz li kienu l-aħħar irreġistrati fih. Fit-30 ta’ Awissu 2019, il-Kummissjoni Elettorali ppubblikat lista bl-ismijiet tal-votanti nvoluti fil-Gazzetta tal-Gvern, f’ġurnal lokali u fil-websajt tal-Kummissjoni Elettorali (www.electoral.gov.mt) taħt is-sezzjoni Pubblikazzjonijiet. Il-kanċellament jidħol fis-seħħ fi żmien xahar mill-pubblikazzjoni ta’ dawn l-avviżi. Dan il-proċess huwa skont Artikolu 26 ta’ Kapitlu 354 tal-Liġijiet ta’ Malta.
www.electoral.gov.mt
30 ta’ Awwissu, 2019