Elezzjoni Każwali għall-Kunsill Lokali ta' Ħal Balzan
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
Elezzjoni Każwali biex jimtela l-post ta’ Kunsillier għall-Kunsill Lokali ta’ Ħal Balzan wara r-riżenja tal-Kunsillier Ian Spiteri (2019, PN).
Il-Kummissjonarji Elettorali jgħarrfu li fl-ewwel jum ipprovdut għan-nominazzjonijiet, ebda kandidatura ma ġiet ippreżentata għall-elezzjoni każwali ta’ Kunsillier għall-Kunsill Lokali ta’ Ħal Balzan.
www.electoral.gov.mt
30 ta’ Ġunju, 2021