Reġistrazzjoni ta' Partiti Politiċi

Tags: General, News, Press Release

STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

 

Reġistrazzjoni ta’ Partiti Politiċi

 

Il-Kummissjoni Elettorali tavża lill-partiti/movimenti/assoċċjazzjonijiet politiċi li jixtiequ japplikaw għand il-Kummissjoni sabiex ikunu uffiċċjalment reġistrati bħala Partit Politiku skont Kapitlu 544 tal-Liġijiet ta’ Malta, illi l-formola tal-applikazzjoni speċifika u skedata ġiet stampata permezz ta’ Avviż Legali numru 204 tal- 2016 fil-Gazzetta tal-Gvern numru 19,582 tas-27 ta’ Mejju, 2016.

 

Din il-formola tal-applikazzjoni tidher u tista’ titniżżel mil-link:- http://justiceservices.gov.mt/DownloadDocument.aspx?app=lp&itemid=27740&l=2

 

 

30 ta’ Mejju, 2016