Distretti Elettorali
STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA
DISTRETTI ELETTORALI
Il-Kummissjoni Elettorali tavża li l-konfini tad-distretti elettorali għadhom kif inbidlu u dan skont il-provvedimenti ta’ Artikolu 61 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta u ta’ Artikolu 17 tal-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali (Kap. 354).
Id-distretti elettorali, kif mibdula, ġew ippubblikati b’avviż fil-Gazetta tal-Gvern numru 19,749 tat-28 ta’ Marzu, 2017, u jidhru fis-sit elettroniku tal-Kummissjoni Elettorali (www.electoral.gov.mt) taħt is-sezzjoni “Dwarna”. Il-Kummissjoni Elettorali għaldaqstant tgħarraf illi r-reġistru elettorali li se jkun ippubblikat f’April, 2017, se jkun jirrifletti dan it-tibdil.
30 ta’ Marzu, 2017