ELEZZJONI KAŻWALI GĦALL-MEMBRU PARLAMENTARI EWROPEW

Tags: General Election Casual Election

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

 

ELEZZJONI KAŻWALI GĦALL-MEMBRU PARLAMENTARI EWROPEW

 

Il-Kummissjoni Elettorali ġiet inkarigata mill-E.T. il-President tar-Repubblika biex tmexxi elezzjoni każwali biex timla s-siġġu mbattal fil-Parlament Ewropew mill-Onor. Miriam Dalli.  Dan l-Avviż (Writ) qed ikun ippubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tal-lum.  Għaldaqstant, il-Kummissjoni Elettorali tavża li ser tirċievi nominazzjonijiet ta’ kandidati għall-elezzjoni każwali sabiex jimtela dan il-post ta’ Membru Parlamentari Ewropew.

 

Dawk il-kandidati li kkontestaw l-Elezzjoni għall-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Mejju, 2019, u li ma ġewx eletti iżda għandhom il-kwalifiki meħtieġa biex jiġu eletti, jistgħu jippreżentaw in-nomina tagħhom kuljum mill-Ġimgħa 30 ta’ Ottubru sat-Tlieta 3 ta’ Novembru, 2020, fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali f’Evans Building, Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta, bejn id-9.00 am u nofsinhar.

 

Formoli tan-nomina jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali.  Il-Kummissjoni Elettorali tavża li l-għadd tal-voti se jsir l-Uffiċċju Elettorali, il-Belt Valletta nhar il-Ħamis, il-5 ta’ Novembru, 2020, mid-09.30 am ‘l quddiem.

 

www.electoral.gov.mt

 

 

 

 

 

29 ta’ Ottubru, 2020