ELEZZJONI KAŻWALI GĦALL-MEMBRU PARLAMENTARI FIT-TLETTAX-IL DISTRETT ELETTORALI
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
ELEZZJONI KAŻWALI GĦALL-MEMBRU PARLAMENTARI
FIT-TLETTAX-IL DISTRETT ELETTORALI
Il-Kummissjoni Elettorali ġiet inkarigata mill-E.T. il-President tar-Repubblika biex tmexxi elezzjoni każwali fit-Tlettax-il Distrett Elettorali wara mewt tal-Onor. Fredrick Azzopardi. Dan l-Avviż (Writ) qed ikun ippubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tal-lum. Għaldaqstant, il-Kummissjoni Elettorali tavża li ser tirċievi nominazzjonijiet ta’ kandidati għall-elezzjoni każwali sabiex jimtela dan il-post ta’ Membru Parlamentari fit-Tlettax-il Distrett Elettorali.
Dawk il-kandidati li kkontestaw it-Tlettax-il Distrett Elettorali fl-Elezzjoni Ġenerali ta’ Ġunju, 2017, u li ma ġewx eletti iżda għandhom il-kwalifiki meħtieġa biex jiġu eletti, jistgħu jippreżentaw in-nomina tagħhom kuljum mill-Ġimgħa 30 ta’ Ottubru sat-Tlieta 3 ta’ Novembru, 2020, fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali f’Evans Building, Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta, bejn id-9.00 am u nofsinhar.
Formoli tan-nomina jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali. Il-Kummissjoni Elettorali tavża li l-għadd tal-voti se jsir il-Kumpless tal-Għadd tal-Voti, In-Naxxar nhar il-Ħamis, il-5 ta’ Novembru, 2020, mit-08.30am ‘l quddiem.
29 ta’ Ottubru, 2020