MEP & LC 2024 - persuni maħtura biex iservu bħala AKE U UPV

Tags: European Elections and Local Councils

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

 

ELEZZJONIJIET GĦALL-PARLAMENT EWROPEW U GĦALL-KUNSILLI LOKALI - 2024

 

Persuni maħtura biex iservu bħala Assistenti Kummissjonarji Elettorali jew

Uffiċjali tal-Post tal-Votazzjoni

 

Il-Kummissjoni Elettorali tavża li d-dettalji tal-persuni maħtura biex iservu bħala Assistenti Kummissjonarji jew Uffiċjali tal-Post tal-Votazzjoni (inklużi r-riservi) fl-Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill Lokali ġew ippubblikati fil-Gazetta tal-Gvern tal-10 ta’ Mejju, 2024.

 

Il-Kummissjoni Elettorali tavża lil dawk il-persuni li se jservu (inklużi r-riservi) fl-4 ta’ Ġunju, 2024, illi se jkunu jistgħu jivvotaw biss is-Sibt l-1 ta’ Ġunju, 2024.  Il-kumplament tal-Assistenti Kummissjonarji Elettorali u l-Uffiċjali tal-Post tal-Votazzjoni (inklużi r-riservi) se jkunu jistgħu jivvotaw biss it-Tlieta l-4 ta’ Ġunju, 2024, fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar jekk huma votanti rreġistrati fuq Malta u fil-Farm Sperimentali tal-Gvern fix-Xewkija jekk huma votanti rreġistrati fuq Għawdex.  L-Assistenti Kummissjonarji Elettorali u l-Uffiċjali tal-Post tal-Votazzjoni għandhom jattendu personalment fil-post u data indikata u jippreżentaw id-dokument/i tal-vot biex jivvotaw.  Il-ħinijiet ikunu dejjem mis-7.00 am sal-10.00 pm bla waqfien.

 

Bla ebda mod ma jkun possibli li dawn il-persuni hekk maħtura jivvotaw is-Sibt it-8 ta’ Ġunju, 2024, anke jekk jirtiraw mill-kariga.

 

 

29 ta’ Mejju, 2024