Elezzjoni Ġenerali - Ħatra ta’ Assistenti Kummissjonarji Elettorali, Uffiċjali tal-Post tal-Votazzjoni u persuni għall-Għadd tal-Voti

Tags: General Election 2026

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

 

Elezzjoni Ġenerali – Mejju 2026

 

Ħatra ta’ Assistenti Kummissjonarji Elettorali, Uffiċjali tal-Post tal-Votazzjoni u persuni għall-Għadd tal-Voti

 

Il-Kummissjoni Elettorali tavża li ser tilqa’ applikazzjonijiet mingħand persuni eliġibbli sabiex iservu bħala Assistenti Kummissjonarji Elettorali, Uffiċjali tal-Post tal-Votazzjoni u persuni għall-Għadd tal-Voti fl-Elezzjoni Ġenerali li se ssir nhar is-Sibt, 30 ta’ Mejju, 2026. 

 

L-applikazzjonijiet jintlaqgħu onlajn (applynow) minn għada l-Erbgħa 29 ta’ April mit-8:00am sal-Ħadd 3 ta’ Mejju sat-8:00pm.

 

Min irid jista’ jiġi fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti (Ex-Trade Fair Grounds) fin-Naxxar jew fl-Uffiċċju Elettorali, Triq Ta’ Wara s-Sur, Ir-Rabat, Għawdex, minn għada l-Erbgħa 29 ta’ April sal-Ħadd 3 ta’ Mejju, bejn it-8.00am sas-1.00pm u mit-3:00pm u t-8:00pm.  Applikanti għandhom jattendu personalment bil-karta tal-identità.

 

 

www.electoral.gov.mt

 

 

28 ta’ April, 2026