Elezzjoni kazwali għall-Membru Parlamentari fit-Tielet Distrett Elettorali

Tags: General Election 2017, Casual Election to elect a councillor

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

ELEZZJONI KAŻWALI GĦALL-MEMBRU PARLAMENTARI

FIT-TIELET DISTRETT ELETTORALI

Il-Kummissjoni Elettorali ġiet inkarigata mill-E.T. il-President tar-Repubblika biex tmexxi elezzjoni każwali fit-Tielet Distrett Elettorali wara r-riżenja tal-Onor. Silvio (Silvio John) Grixti. Dan l-Avviż (Writ) ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ nhar il-Ġimgħa.  Għaldaqstant, il-Kummissjoni Elettorali tavża li ser tirċevi nominazzjonijiet ta’ kandidati għall-elezzjoni każwali sabiex jimtela dan il-post ta’ Membru Parlamentari fit-Tielet Distrett Elettorali.

Dawk il-kandidati li kkontestaw it-Tielet Distrett Elettorali fl-Elezzjoni Ġenerali ta’ Ġunju, 2017, u li ma ġewx eletti iżda għandhom il-kwalifiki meħtieġa biex jiġu eletti, jistgħu jippreżentaw in-nomina tagħhom kuljum mil-lum it-Tnejn 27 sal-Ġimgħa 31 ta’ Diċembru, 2021, fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali fil-Kumpless tal-Ex Trade Fair Grounds, In-Naxxar, bejn id-9.00 a.m. u nofsinhar.

Formoli tan-nomina jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali.  Il-Kummissjoni Elettorali tavża li l-għadd tal-voti se jsir fis-Sala tal-Għadd tal-Voti, n-Naxxar, nhar it-Tlieta, l-4 ta’ Jannar, 2022 mit-08.30 a.m. ’il quddiem.

 

www.electoral.gov.mt

 

27 ta’ Diċembru, 2021