Elezzjoni Każwali għall-Kunsill Lokali Il-Marsa
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
Elezzjoni Każwali biex jimtela l-post ta’ Kunsillier għall-Kunsill Lokali tal-Marsa għall-post vakat tal-Kunsillier Frank Zammit (2015, PL) skont Artiklu 18 tal-Att dwar il-Kunsilli Lokali
Il-Kummissjonarji Elettorali jgħarrfu illi sal-għeluq taż-żmien ipprovdut għan-nominazzjonijiet, irċevew żewġ nomini:
Nomini ppreżentati:
Cachia Joseph
Scerri Emanuel K/A Noel
L-għadd tal-voti ser isir fil-11am ta’ nhar il-Ħamis 27 ta’ Diċembru 2018, fl-Uffiċċju Elettorali, Evans Building, Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta.
21 ta’ Diċembru, 2018