Publikazzjoni ta' avviżi fil-Gazzetta tal-Gvern ta' numri ġodda ta' bibien
STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA
Is-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Indirizzi fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali tavża lir-residenti ta’:
Daħlet it-Tempju Megalitiku, Is-Swatar, Birkirkara;
Sqaq Sannat, Il-Marsa;
Triq il-Gandoffli, Marsaskala;
Triq Ras il-Ġebel, L-Imġarr;
Triq Sir Temi Zammit u Sqaq it-Torri Nru 6, Il-Mosta;
Triq ir-Rummien, Il-Baħrija, Ir-Rabat (M); u
Trejqet it-Twemmin, Ħal Safi.
li l-bibien f’dawn it-toroq ingħataw uffiċjalment numri ġodda. L-avviż ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tat-23 ta’ April, 2021, u jidher ukoll fil-websajt tal-Kummissjoni Elettorali (www.electoral.gov.mt) taħt is-sezzjoni Pubblikazzjonijiet. Ir-residenti huma mfakkra li huma fl-obbligu tal-liġi li jwaħħlu n-numri l-ġodda u jneħħu n-numri l-qodma sa tletin jum kalendarju mit-23 ta’ April, 2021.
27 ta’ April, 2021
__________________