Elezzjoni Każwali għall-Kunsill Lokali ta' Tas-Sliema - it-tieni ġurnata
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
Elezzjoni Każwali biex jimtela l-post ta’ Kunsillier għall-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema wara r-riżenja tal-Kunsillier Pierre Paul Portelli (2019, PN).
Il-Kummissjonarji Elettorali jgħarrfu li fit-tieni jum ipprovdut għan-nominazzjonijiet, ebda kandidatura ma ġiet ippreżentata għall-elezzjoni każwali ta’ Kunsillier għall-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema.
www.electoral.gov.mt
27 ta’ Frar, 2024