Elezzjoni Każwali għall-Membru Parlamentari fl-Għaxar Distrett Elettorali - il-ħames ġurnata

Tags: General Election 2022

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

 

ELEZZJONI KAŻWALI GĦALL-MEMBRU PARLAMENTARI

FL-GĦAXAR DISTRETT ELETTORALI

 

Elezzjoni Każwali fl-Għaxar Distrett Elettorali biex jimtela l-post ta’ Membru Parlamentari wara l-mewt tal-Onor. Robert Arrigo.

 

Il-Kummissjoni Elettorali jgħarrfu li sal-aħħar jum ipprovdut għan-nominazzjonijiet, ġew ippreżentati żewġ nomini għall-elezzjoni każwali tal-Membru Parlamentari.

 

Buttigieg Albert u Portelli Bonnici Emma

 

Total ta’nomini ppreżentata: 2

 

Il-Kummissjoni Elettorali tgħarraf illi l-Għadd tal-voti tal-Elezzjoni Każwali biex jimtela l-post vakant mill-Onor. Robert Arrigo ser issir il-Ġimgħa, t-28 ta’ Ottubru, 2022, fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti, in-Naxxar. L-Għadd tal-Voti se jibda’ fid-9.00 ta’ filgħodu.

www.electoral.gov.mt

 

26 ta’ Ottubru, 2022