Pubblikazzjoni ta' avviżi fil-Gazzetta tal-Gvern ta' numri ġodda ta' bibien

Tags: Address Management Unit

STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Is-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Indirizzi fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali tavża lir-residenti ta’:

Triq id-Dejqa, Bormla;

Triq San Piju ta’ Pietrelcina, Il-Marsa;

Triq Stiefnu Erardi, Ħal Safi;

Triq iż-Żebbuġa l-Bajda, Ħaż-Żebbuġ u

Triq Saverio Laferla, Bubaqra, Iż-Żurrieq

li l-bibien f’dawn it-toroq ingħataw uffiċjalment numri ġodda.  L-avviż ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tat-23 ta’ Ottubru, 2020, u jidher ukoll fil-websajt tal-Kummissjoni Elettorali (www.electoral.gov.mt) taħt is-sezzjoni Pubblikazzjonijiet.  Ir-residenti huma mfakkra li huma fl-obbligu tal-liġi li jwaħħlu n-numri l-ġodda u jneħħu n-numri l-qodma sa tletin jum kalendarju mit-23 ta’ Ottubru, 2020.

 

26 ta’ Ottubru, 2020