Dokumenti għall-Votazzjoni Speċjali

Tags: Elections 2019

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI 

ELEZZJONIJIET GĦALL-PARLAMENT EWROPEW U GĦALL-KUNSILLI LOKALI

–  25 TA’ MEJJU, 2019 

Dokumenti għall-Votazzjoni Speċjali

Il-Kummissjoni Elettorali tavża li b’effett immedjat, il-votanti li ntilfilhom, tqattalhom jew ġratilhom ħsara sostanzjali fid-dokument għall-votazzjoni wara  li rċevewh,  u dawk li għalkemm isimhom jidher fir-Reġistru Elettorali tat-13 ta’ April, 2019, rivedut bid-deċizjonijiet tal-Uffiċjal Reviżur,  ma rċevewx id-dokument għall-votazzjoni minħabba xi raġuni speċjali, inkluż dik li l-Kummissjoni ma kellhiex ir-ritratt tagħhom,  li huma jistgħu jidhru personalment quddiem wieħed mill-Kummissjonarji Elettorali sabiex japplikaw għal dokument  għall-votazzjoni speċjali.    Il-votant għandu jmur fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar u jrid jippreżenta l-Karta tal-Identita’.   Il-ġranet u l-ħinijiet ser ikunu kif  jidher hawn taħt:

mit-Tnejn sal-Ġimgħa:                  

mit-8.00 a.m. sas-1.30 p.m. u mit-3.00 p.m. sas-7.00 p.m.

Sibtijiet u Ħdud:                    

mit-8.00 a.m. sa nofsinhar

Nhar l-Erbgħa, it-22 ta’ Mejju (l-aħħar jum):                  

mit-8.00 a.m. sas-1.30 p.m. u  mit-3.00 p.m. sad-9.00 p.m.

Dawk il-votanti rreġistrati fit-Tlettax-il distrett elettorali (Għawdex u Kemmuna) jistgħu jattendu fl-Uffiċċju tal-Karta tal-Identita’, ir-Rabat, Għawdex,  fl-istess ġranet u ħinijiet.

Mingħajr id-dokument għall-votazzjoni, ħadd ma jkun jista’ jivvota.

 

Għal aktar informazzjoni dwar dan is-suġġett ċempel fuq in-numru tat-telefon f’Malta 21416857 u f’Għawdex 21556317.

 

www.electoral.gov.mt 

 

26 ta’ April, 2019