Pubblikazzjoni ta' avviżi fil-Gazzetta tal-Gvern ta' numri ġodda ta' bibien

Tags: Address Management Unit

STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

 

Is-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Indirizzi fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali tavża lir-residenti ta’:

 

Triq Edmund Halley, Triq Jane Goodall u Triq Marie Curie, Il-Mellieħa;

Trejqet il-Bajja u Triq Karl Gouder, San Ġiljan;

Triq Raymond Pitrè, Is-Swieqi; u

Triq id-Deffa, Ta’ Xbiex

 

li l-bibien f’dawn it-toroq ingħataw uffiċjalment numri ġodda.  L-avviż ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tal-24 ta’ Frar, 2026, u jidher ukoll fil-websajt tal-Uffiċċju tar-Reġistratur tal-Indirizzi (address.gov.mt) taħt is-sezzjoni ‘Latest Publications’.  Ir-residenti huma mfakkra li huma fl-obbligu tal-liġi li jwaħħlu n-numri l-ġodda u jneħħu n-numri l-qodma sa tletin jum kalendarju mill-24 ta’ Frar, 2026.

 

26 ta’ Frar, 2026