Irrinovata u varata mill-ġdid il-website tal-Kummissjoni Elettorali

Tags: General

AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

 

Il-Kummissjoni Elettorali tavża lill-pubbliku in ġenerali li l-website tagħha għadha kif ġiet irrinovata u varata mill-ġdid.  Persuni u entitajiet interessati jistgħu issa jaraw website dinamika u informattiva li fiha kontenut storiku u kurrenti dwar, pereżempju, il-komposizzjoni tal-Kummissjoni Elettorali, elezzjonijiet u referenda, riżultati, formoli elettorali, eċċ.

 

Aktar informazzjoni ser tiddaħħal fil-futur qrib.  L-indirizz tal-website baqa’ l-istess, jiġifieri, www.electoral.gov.mt

 

 

 

 

25 ta’ Mejju, 2015