Elezzjoni Każwali għall-Membru Parlamentari fl-Għaxar Distrett Elettorali - ir-raba' ġurnata

Tags: General Election 2022

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

 

ELEZZJONI KAŻWALI GĦALL-MEMBRU PARLAMENTARI

FL-GĦAXAR DISTRETT ELETTORALI

 

Elezzjoni Każwali fl-Għaxar Distrett Elettorali biex jimtela l-post ta’ Membru Parlamentari wara l-mewt tal-Onor. Robert Arrigo.

 

Il-Kummissjoni Elettorali jgħarrfu li fir-raba’ jum ipprovdut għan-nominazzjonijiet, ġiet ippreżentata nomina waħda għall-elezzjoni każwali tal-Membru Parlamentari.

 

Nomina ppreżentata ‘llum it-Tlieta 25 ta’ Ottubru, 2022:

 

Portelli Bonnici Emma

 

L-għadd tal-voti ta' din l-elezzjoni se jsir il-Kumpless tal-Għadd tal-Voti, In-Naxxar, nhar il-Ġimgħa t-28 ta' Ottubru, 2022, mid-09.00am 'l quddiem.

 

www.electoral.gov.mt

 

25 ta’ Ottubru, 2022