EPE 2019 - rapport ġuramentat tad-dħul/spejjeż

Tags: Elections 2019

Avviż mill-Kummissjoni Elettorali indirizzat lill-kandidati li kkontestaw l-elezzjoni għall-Parlament Ewropew (25 ta’ Mejju, 2019)
 

Il-Kummissjoni Elettorali tfakkar lill-kandidati li kkontestaw l-elezzjoni għall-Parlament Ewropew u li għadhom ma ssottomettewx ir-rapport ġuramentat tad-dħul/spejjeż elettorali tagħhom illi skont il-liġi għandhom sa nhar it-Tnejn l-1 ta’ Lulju, 2019, biex jagħmlu dan.  Min ma jissottomettix dan ir-rapport jew jissottomettih tard ikun qed jikser id-dispożizzjonijiet tar-regolamenti 41 sa 52 tal-Erbatax-il Skeda tal-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali (Kap. 354) bil-konsegwenzi stipulati.

www.electoral.gov.mt

 

25 ta’ Ġunju, 2019