Elezzjoni Ġenerali 2026 - ġbir tad-dokument għall-votazzjoni minn Għawdex għal Malta u vice-versa
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
Elezzjoni Ġenerali – 30 ta’ Mejju, 2026
Il-Kummissjoni Elettorali tavża lill-votanti li huma rreġistrati fuq Għawdex u jixtiequ li jiġbru d-dokument għall-votazzjoni tagħhom minn Malta u, viċe versa, minn votanti li huma rreġistrati Malta u jixtiequ li jiġbru d-dokument għall-votazzjoni tagħhom minn Għawdex li għandhom jagħmlu t-talba bil-miktub tagħhom malajr kemm jista' jkun. Il-Kummissjoni Elettorali tħeġġeġ lil min se juża dan is-servizz biex ma jħallix sal-aħħar jum (6.00 p.m. tat-28 ta’ Mejju, 2026) minħabba li jekk ikun hemm ċirkostanzi li mgħandhiex kontroll fuqhom (eż. maltemp) ma jkunx possibli li d-dokument jinġieb fil-ħin legali stabbilt.
Importanti ħafna li t-talba ssir fuq bażi personali jew permezz ta' email fuq [email protected] jew permezz ta' formola, liema formola tinsab onlajn: /advanced-mt
Id-dokumenti f’Malta jinġabru mill-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar u dawk f’Għawdex mill-Uffiċċju Elettorali, Triq Ta’ Wara s-Sur, ir-Rabat, Għawdex. Id-dati tal-ġbir ikunu mil-lum 25 sat-28 ta’ Mejju, 2026 u dan isir personali mill-votant billi juri l-Karta tal-Identità.
25 ta’ Mejju, 2026