Elezzjoni Każwali għall-Kunsill Lokali ta' Ix-Xagħra

Tags: Local Council Casual Election

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

Elezzjoni Każwali biex jimtela l-post ta’ Kunsillier għall-Kunsill Lokali ta’ Ix-Xagħra wara r-riżenja tal-Kunsillier Joseph Attard (2015, PN).

 

Il-Kummissjonarji Elettorali jgħarrfu illi sal-għeluq taż-żmien ipprovdut għan-nominazzjonijiet, irċevew nomina waħda:

 

Nomina ppreżentata:             

Attard Anthony

                                   

L-għadd tal-voti ser isir f’nofsinhar ta’ nhar it-Tnejn, 30 ta’ Jannar, 2017, fl-Uffiċċju Elettorali, Evans Building, Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta.

www.electoral.gov.mt

25 ta’ Jannar, 2017