Pubblikazzjoni ta' avviżi fil-Gazzetta tal-Gvern ta' numri ġodda ta' bibien
STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA
Is-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Indirizzi fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali tavża lir-residenti ta’:
Triq Dun Andrè Debono, Triq Ġużeppi Gerada, Triq Garcin u
Triq l-Għajn tal-Ħasselin, L-Imsida;
Triq Dijonisju Famucelli, Is-Swatar, L-Imsida;
Wesgħet il-Bjar ta’ Napuljun u Taraġ in-Nixxiegħa, San Ġiljan;
Triq it-Tmun u Triq il-Vopi, San Pawl il-Baħar; u
Triq il-Lvant u Triq it-Tabib Mario Tabone, Madliena, Is-Swieqi
li l-bibien f’dawn it-toroq ingħataw uffiċjalment numri ġodda. L-avviż ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tat-18 ta’ Novembru, 2022, u jidher ukoll fil-websajt tal-Kummissjoni Elettorali (www.electoral.gov.mt) taħt is-sezzjoni Pubblikazzjonijiet. Ir-residenti huma mfakkra li huma fl-obbligu tal-liġi li jwaħħlu n-numri l-ġodda u jneħħu n-numri l-qodma sa tletin jum kalendarju mit-18 ta’ Novembru, 2022.
24 ta’ Novembru, 2022