Elezzjoni każwali għall-Kunsill Lokali ta' Ħal Luqa - Nom. Day 3

Tags: Local Council Casual Election

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

Elezzjoni Każwali biex jimtela l-post ta’ Kunsillier għall-Kunsill Lokali Ħal Luqa wara r-riżenja tal-Kunsillier Donald Cassar (2019, PL) skont Artiklu 18 tal-Att dwar il-Kunsilli Lokali.

 

Il-Kummissjonarji Elettorali jgħarrfu li sal-għeluq taż-żmien ipprovdut għan-nominazzjonijiet, irċevew nomina waħda.

 

Nomina ppreżentata:

 

Magri Maria

 

L-Għadd tal-voti ser isir fil-11am ta’ nhar it-Tlieta 30 ta’ Ġunju, 2020, fl-Uffiċċju Elettorali, Evans Building, Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta.

 

www.electoral.gov.mt

 

24 ta` Ġunju, 2020