Elezzjoni Ġenerali 2022 - Votazzjoni bikrija

Tags: General Election 2022

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

Elezzjoni Ġenerali – 26 ta’ Marzu, 2022

 

Votazzjoni Bikrija

Il-Kummissjoni Elettorali tavża lil dawk il-votanti li jixtiequ jivvutaw ġimgħa qabel il-jum stabbilit għall-votazzjoni, minħabba każijiet ta’ safar jew sptar, illi jistgħu jmorru fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali, Kumpless tal-Għadd tal-Voti, fin-Naxxar jew fi 28A, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex, min-nhar it-Tnejn it-28 ta’ Frar, 2022, biex jieħdu l-ġurament stipulat.  Il-ħinijiet huma:

Mit-Tnejn sal-Ħadd:               mit-8.00 a.m. sas-2.00 p.m. u

                                                mit-3.00 p.m. sat-8.00 p.m.

 

Iżda kulħadd huwa avżat illi t-terminu legali biex isiru dawn l-applikazzjonijiet bil-ġurament huwa sa’ nofsinhar tal-Ġimgħa, it-18 ta’ Marzu, 2022.

 

Kull applikant għandu jġib il-karta tal-Identita’ tiegħu.

 

Il-Kummissjoni Elettorali tavża lill-votanti li jikkwalifikaw biex jivvotaw fid-19 ta’ Marzu illi jrid ikollhom id-dokument tal-vot u li dawk irreġistrati Malta jivvotaw fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar u dawk il-votanti rreġistrati fuq Għawdex jivvotaw fil-Farm Sperimentali tal-Gvern, Triq l-Imġarr, ix-Xewkija.

 

Il-Kummissjoni Elettorali tavża wkoll li ser tkun qed tinħareġ stqarrija oħra bid-dettalji ta’ x’għandu jsir fil-każ ta’ votanti li jixtiequ jieħdu l-ġurament waqt li qegħdin barra minn Malta.

[email protected]

 

24 ta’ Frar, 2022