Publikazzjoni ta' avviżi fil-Gazzetta tal-Gvern ta' numri ġodda ta' bibien
STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA
Is-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Indirizzi fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali tavża lir-residenti ta’:
Triq Anton Cassar, Triq l-Isqof Francis Baldacchino u
Triq Patri Donat Spiteri, Il-Marsa;
Triq Ġużeppi Vella u Triq Mons. Luigi Catania, Ħaż-Żabbar; u
Triq Antonia Farrugia u Triq il-Qroll, Iż-Żurrieq
li l-bibien f’dawn it-toroq ingħataw uffiċjalment numri ġodda. L-avviż ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tal-20 ta’ Novembru, 2020, u jidher ukoll fil-websajt tal-Kummissjoni Elettorali (www.electoral.gov.mt) taħt is-sezzjoni Pubblikazzjonijiet. Ir-residenti huma mfakkra li huma fl-obbligu tal-liġi li jwaħħlu n-numri l-ġodda u jneħħu n-numri l-qodma sa tletin jum kalendarju mill-20 ta’ Novembru, 2020.
23 ta’ Novembru, 2020
__________________