Elezzjoni każwali għall-Membru Parlamentari fl-Għaxar Distrett Elettorali - it-tieni ġurnata
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
ELEZZJONI KAŻWALI GĦALL-MEMBRU PARLAMENTARI
FL-GĦAXAR DISTRETT ELETTORALI
Elezzjoni Każwali fl-Għaxar Distrett Elettorali biex jimtela l-post ta’ Membru Parlamentari wara l-mewt tal-Onor. Robert Arrigo.
Il-Kummissjoni Elettorali jgħarrfu li fit-tieni jum ipprovdut għan-nominazzjonijiet, ebda kandidatura ma ġiet ippreżentata għall-elezzjoni każwali tal-Membru Parlamentari.
L-għadd tal-voti ta' din l-elezzjoni se jsir il-Kumpless tal-Għadd tal-Voti, In-Naxxar, nhar il-Ġimgħa t-28 ta' Ottubru, 2022, mid-09.00am 'l quddiem.
23 ta’ Ottubru, 2022