Elezzjoni każwali għall-Kunsill Lokali tal-Ħamrun - Nom. it-tielet ġurnata
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
Elezzjoni Każwali biex jimtela l-post ta’ Kunsillier għall-Kunsill Lokali Ħamrun wara r-riżenja tal-Kunsilliera Marie-Louise Portelli (2019, PN).
Il-Kummissjonarji Elettorali jgħarrfu li sal-għeluq taż-żmien ipprovdut għan-nominazzjonijiet, irċevew nomina waħda.
Nomina ppreżentata:
Joseph k/a Josef Cuschieri
L-Għadd tal-voti ser isir fl-12:00pm ta’ nhar it-Tlieta 27 ta’ Ottubru, 2020, fl-Uffiċċju Elettorali, Evans Building, Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta.
23 ta’ Ottubru, 2020