Pubblikazzjoni ta' avviżi fil-Gazzetta tal-Gvern ta' numri ġodda ta' bibien

Tags: Address Management Unit

STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Is-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Indirizzi fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali tavża lir-residenti ta’:

Triq Ġużepp Ciantar, Għajnsielem;

Triq Swor Marcellina Tabone, Ir-Rabat (Għ); u

Triq 28 t’April, 1688, Triq il-Blat, Triq Dun Lażżru Camilleri u Triq il-Falkun, Ta’ Sannat

li l-bibien f’dawn it-toroq ingħataw uffiċjalment numri ġodda.  L-avviż ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tad-19 ta’ Settembru, 2025, u jidher ukoll fil-websajt tal-Kummissjoni Elettorali (www.electoral.gov.mt) taħt is-sezzjoni Pubblikazzjonijiet.  Ir-residenti huma mfakkra li huma fl-obbligu tal-liġi li jwaħħlu n-numri l-ġodda u jneħħu n-numri l-qodma sa tletin jum kalendarju mid-19 ta’ Settembru, 2025.

 

23 ta’ Settembru, 2025