Electoral Commission - press release on Identity Cards

Tags: Electoral Office

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

 

Il-Kummissjoni Elettorali ħadet nota ta’ dak irrapportat fil-mezzi tax-xandir dwar ir-rikors ippreżentat fil-Qorti tal-Maġistrati b’allegazzjonijiet ta’ prattiċi irregolari fil-ħruġ tal-Karti tal-Identità.

 

Il-Kummissjoni Elettorali tagħmilha ċara li m’għandha l-ebda rwol fil-ħruġ tal-Karta tal-Identità.

 

Il-Kummissjoni Elettorali qiegħda ssegwi mill-qrib l-iżviluppi ta’ dan il-każ, u tiddikjara li lesta tikkopera bis-sħiħ kemm-il darba jkun meħtieġ minnha.

 

 

www.electoral.gov.mt

 

23 ta’ Awwissu, 2023