Pubblikazzjoni ta' avviżi fil-Gazetta tal-Gvern ta' numri ġodda ta' bibien
STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA
Is-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Indirizzi fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali tavża lir-residenti ta’:
Triq In-Nutar Zarb, Ħ’Attard;
Triq Ħal Għargħur u Triq Olaf Gollcher, Birkirkara;
Triq Ġużeppa Psaila, Is-Swatar, Birkirkara u
Triq Il-Mitħna, Il-Mosta
li l-bibien f’dawn it-toroq ingħataw uffiċjalment numri ġodda. L-avviż ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tat-22 ta’ Awwissu, 2017, u jidher ukoll fil-websajt tal-Kummissjoni Elettorali (www.electoral.gov.mt) taħt is-sezzjoni Pubblikazzjonijiet. Ir-residenti huma mfakkra li huma fl-obbligu tal-liġi li jwaħħlu n-numri l-ġodda u jneħħu n-numri l-qodma sa għaxart ijiem mit-22 ta’ Awwissu, 2017.
23 ta’ Awwissu, 2017