Elezzjoni Każwali għall-Kunsill Lokali Il-Munxar
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
Elezzjoni Każwali biex jimtela l-post ta’ Kunsillier għall-Kunsill Lokali tal-Munxar għall-post vakat tal-Kunsilliera Carmen Said (2015, PL) skont Artiklu 18 tal-Att dwar il-Kunsilli Lokali.
Il-Kummissjonarji Elettorali jgħarrfu li fl-ewwel jum ipprovdut għan-nominazzjonijiet, ebda kandidatura ma ġiet ippreżentata għall-elezzjoni każwali ta’ Kunsillier għall-Kunsill Lokali tal-Munxar.
www.electoral.gov.mt
23 ta’ Mejju, 2018