Elezzjoni Ġenerali 2026 - Ir-raba' ġurnata tan-nominazzjonijiet wara r-rizenja tal-Onor. Carmelo Abela
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
ELEZZJONI KAŻWALI GĦALL-MEMBRU PARLAMENTARI
FIT-TIELET DISTRETT ELETTORALI
Elezzjoni Każwali fit-Tielet Distrett Elettorali biex jimtela l-post ta’ Membru Parlamentari wara r-rizenja tal-Onor. Carmelo Abela.
Il-Kummissjoni Elettorali tgħarraf li fir-raba’ jum ipprovdut għan-nominazzjonijiet, ġew ippreżentati żewġ nomini għall-elezzjoni każwali tal-Membru Parlamentari.
Nomini ppreżentati ‘llum it-Tnejn it-22 ta’ Ġunju, 2026:
Buhagiar Martina Paula u Grech James
L-għadd tal-voti ta' din l-elezzjoni se jsir fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti, In-Naxxar, nhar il-Ġimgħa s-26 ta' Ġunju, 2026, mid-9.00am 'l quddiem.
22 ta’ Ġunju, 2026