Elezzjoni Ġenerali 2026 - Votazzjoni Bikrija
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
Elezzjoni Ġenerali – Mejju 2026
Votazzjoni Bikrija
Il-Kummissjoni Elettorali tavża lil dawk il-votanti li ser ikunu msiefra jew rikoverati fi sptar f’jum il-votazzjoni nhar is-Sibt, it-30 ta’ Mejju, 2026, u li ser jagħmlu dan b’dikjarazzjoni sabiex ikunu jistgħu jivvotaw nhar is-Sibt, it-23 ta’ Mejju, 2026, għandhom jagħmlu din id-dikjarazzjoni sa nofsinhar tal-Ġimgħa, it-22 ta’ Mejju, 2026 (ħin ta’ Malta).
Onlajn – websajt: /advanced-mt
Fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali, Kumpless tal-Għadd tal-Voti, Ex-Trade Fair Grounds, In-Naxxar u fl-Uffiċċju Elettorali, Triq Ta’ Wara s-Sur, ir-Rabat, Għawdex, sal-Ġimgħa, it-22 ta’ Mejju, 2026, mit-8.00 a.m. sa nofsinhar.
Kull applikant għandu jġib il-karta tal-Identita’ tiegħu.
Il-Kummissjoni Elettorali tavża lill-votanti li jikkwalifikaw biex jivvotaw fit-23 ta’ Mejju, 2026 illi jrid ikollhom id-dokument tal-vot u li dawk irreġistrati Malta jivvotaw fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti In-Naxxar u dawk il-votanti rreġistrati fuq Għawdex jivvotaw fil-Farm Sperimentali tal-Gvern, Triq l-Imġarr, ix-Xewkija.
21 ta’ Mejju, 2026