dokumenti tal-vot ta' pazjenti fl-isptarijiet

Tags: Elections 2019

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

ELEZZJONIJIET GĦALL-PARLAMENT EWROPEW U GĦALL-KUNSILLI LOKALI – MEJJU, 2019

Dokumenti tal-vot ta’ pazjenti fl-isptarijiet

Il-Kummissjoni Elettorali tappella lill-qraba tal-votanti li jinsabu rikoverati fl-isptarijiet Mater Dei, Karin Grech, Monte Karmeli u fl-isptar Ġenerali ta’ Għawdex (li kienu hemm reġistrati bħala pazjenti sas-6.00 pm tat-Tnejn 20 ta’ Mejju) biex, jekk għad għandhom id-dokument/i tal-vot tal-pazjent, dawn għandhom immedjatament jikkonsenjawhom lill-pazjent biex ikun jista’ jivvota fl-isptar fejn hu rikoverat il-Ħamis, 23 ta’ Mejju.

 

Min iżomm dokument tal-vot ta’ ħaddieħor ikun qiegħed effettivament iċaħħadlu d-dritt tal-vot u dan hu kontra l-liġi, li tgħid li min “ikun fil-pussess illeġittimu ta’ xi dokument għall-votazzjoni..... hu ħati ta’ reat u jeħel, meta jinsab hekk ħati, multa jew priġunerija jew multa u priġunerija flimkien” (Art. 112, Kap. 354). 

 

Il-Kummissjoni Elettorali tavża li meta jinqala’ każ bħal dan, tiddaħħal l-Awtorita’ tal-Pulizija.

 

www.electoral.gov.mt

 

21 ta’ Mejju, 2019