Elezzjoni Ġenerali 2022 - Ħatra ta' Assistenti Kummissjonarji Elettorali, eċċ
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
Elezzjonijiet Ġenerali – Marzu 2022
Ħatra ta’ Assistenti Kummissjonarji Elettorali, Uffiċjali tal-Post tal-Votazzjoni u persuni għall-Għadd tal-Voti
Il-Kummissjoni Elettorali tavża li ser tilqa’ applikazzjonijiet mingħand persuni eliġibbli sabiex iservu bħala Assistenti Kummissjonarji Elettorali, Uffiċjali tal-Post tal-Votazzjoni u persuni għall-Għadd tal-Voti fl-Elezzjonijiet Ġenerali li se ssir nhar is-Sibt, 26 ta’ Marzu, 2022. Min japplika jrid ikun lest li jattendi sessjonijiet ta’ struzzjonijiet mill-Kummissjoni Elettorali.
L-applikazzjonijiet jintlaqgħu onlajn (electoral.gov.mt/applications) minn għada t-Tlieta 22 ta’ Frar mit-3:00pm sas-Sibt 26 ta’ Frar sat-8:00pm.
Min irid jista’ jiġi fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti (Ex-Trade Fair Grounds) fin-Naxxar jew fl-Uffiċċju tal-Karta tal-Identità, 28A, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex, minn għada t-Tlieta 22 ta’ Frar sal-Ġimgħa 25 ta’ Frar, bejn it-3:00pm u t-8:00pm u nhar is-Sibt 26 ta’ Frar bejn it-8:00am u t-8:00pm.
21 ta’ Frar, 2022