Stqarrija għall-Istampa - 24 ta' Jannar 2019

Tags: Press Release

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

 

B’referenza għar-rapporti li qed jidhru fil-ġurnali u għall-mistoqsijiet li qegħdha tirċevi mingħand diversi ġurnali dwar is-suġġett tal-għadd tal-voti b’mod elettroniku, il-Kummissjoni Elettorali tixtieq tinforma lil kulħadd illi l-voti tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali, li se jsiru kontemporanjament fil-25 ta’ Mejju ta’ din is-sena, ser ikunu magħduda bis-sistema elettronika E.V.C.S. (Electronic Vote Counting System).  Il-Kummissjoni hija sodisfatta illi din is-sistema tiggarantixxi riżultat korrett li jirrifletti l-vot tal-elettorat.

 

Il-Kummissjoni, flimkien mal-kuntrattur, fil-ġimgħat li ġejjin ser tkompli tagħmel aktar testijiet fil-preżenza tal-partiti politiċi sabiex tassigura illi s-sistema tkun aktar effiċjenti għall-benefiċċju ta’ dawk kollha konċernati.  Il-Kummissjoni Elettorali fiduċjuża li tilħaq t-tir li għandha biex ir-riżultat tal-elezzjoni tal-Parlament Ewropew toħorġu ferm aktar kmieni minn qatt qabel, jiġifieri tard fil-lejl tal-Ħadd, 26 ta’ Mejju, jew sbieħ it-Tnejn, 27 ta’ Mejju.  Il-Kummissjoni għandha ppjanat illi l-voti tat-68 Kunsill Lokali jintgħaddu bl-istess mod elettroniku maqsuma fuq it-tliet ijiem, 29, 30 u 31 ta’ Mejju, 2019.

 

www.electoral.gov.mt

 

24 ta’ Jannar, 2019