Taħriġ għall-persuni li jaħdmu waqt l-elezzjonijiet

Tags: Press Release

STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

 

Taħriġ għall-persuni li jaħdmu waqt l-elezzjonijiet

 

Il-Kummissjoni Elettorali tixtieq li persuni ngaġġati minnha waqt xi elezzjoni jkunu ta’ kompetenza sabiex ikun żgurat servizz ta’ livell għoli.  Għaldaqstant, il-Kummissjoni Elettorali se torganizza korsijiet qosra ta’ taħriġ għal min ikun interessat li jservi f’dawn il-karigi responsabbli u differenti fil-futur:

 

Waqt il-votazzjoni:

           

1. Polling Place Officer,

2. Chairperson u

3. Assistant Commissioner

 

Waqt l-għadd tal-voti:

 

4. Calculator,

5. Senior Supervisor,

6. Supervisor u

7. Counting Assistant

 

Hu maħsub li dawn il-korsijiet, li ser ikunu mingħajr ħlas, minbarra li se jindirizzaw l-istandard operating procedures, ser jindirizzaw ukoll, il-ħiliet fil-komunikazzjoni u t-tmexxija aħjar waqt l-andament tal-elezzjoni.  It-taħriġ ser ikun imqassam (staggered) skont il-kategoriji msemmija, fuq diversi ġranet u ħinijiet.  Meta toqrob elezzjoni u ssir is-sejħa proprja, dawk li jkunu temmew il-kors b’suċċess jingħataw preferenza fl-għażla fuq applikanti oħrajn.  Min jixtieq japplika għal dan it-taħriġ għandu japplika onlajn mil-lum 3 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Ottubru, 2016, fuq is-sit elettroniku tal-Kummissjoni Elettorali: www.electoral.gov.mt.  Għal raġunijiet ta’ awtentikazzjoni l-applikanti jeħtieġu li jkunu fil-pussess tal-Karta tal-Identità u indirizz elettroniku validu waqt il-proċess tal-applikazzjoni.

 

Ikklikja hawn biex tapplika