Avviż mill-Kummissjoni Elettorali

Tags: Press Release, News

AVVIŻ GĦALL-ISTAMPA

 

Il-Kummissjoni Elettorali nnotat dak kollu li qed jingħad u jinkiteb dwar għoti ta’ dritt ta’ vot lil ċerti individwi.

 

Il-Kummissjoni Elettorali tgħarraf lil kull min hu interessat li qed tagħmel il-verifiki kollha meħtieġa dwar dawn il-każijiet, u bħalma għamlet dejjem, ser tagħmel l-almu kollu tagħha biex kollox isir skont il-liġi bir-rimedji li tagħti l-istess liġi.

 

www.electoral.gov.mt