Elezzjoni Każwali għall-Kunsill Lokali ta' Ta' Xbiex
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
Elezzjoni Każwali biex jimtela l-post ta’ Kunsillier għall-Kunsill Lokali ta’ Ta’ Xbiex wara l-mewt tal-Kunsillier Anthony Cachia Castelletti (Marzu 2013, PN).
Il-Kummissjonarji Elettorali jgħarrfu illi sal-għeluq taż-żmien ipprovdut għan-nominazzjonijiet, irċevew nomina waħda:
Nomina ppreżentata:
Chetcuti Richard
L-għadd tal-voti ser isir f’nofsinhar ta’ nhar l-Erbgħa, 3 ta’ Frar, 2016, fl-Uffiċċju Elettorali, Evans Building, Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta.
www.electoral.gov.mt
1 ta’ Frar, 2016